Free Web Hosting Provider - Web Hosting - E-commerce - High Speed Internet - Free Web Page
Search the Web

Feast 2006 Program

Welcome Our Feast Information about this year's feast Feast 2007 Photos Feast 2007 Program Fireworks Program Feast 2006 Photos Other Sites Our Guestbook Contact Us

Feast Program 2007

Below is a detailed program of the activities regarding the feast to be celebrated in our village on the weekend ending Sunday 5th of August...

Motto: "Wisq Safi Guzeppi, Int Harist lill-Omm Vergni, Int Missier hieni, itlob 'l Alla ghalina'

 

Talba ta San Gorg Preca

Fil-jiem tan-Novena r-Ruzarju jkun fis-6.30 p.m.

L-ERBGHA 25 TA' LULJU: JUM IL-GENEROZITA

7.00pm:   Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Vigarju Generali Mons. Giovanni Bosco Gauci. Isiru donazzjonijiet ghall-opri karitativi tal-parocca.  Wara, hrug ta' l-istatwa devota ta' San Guzepp min-nicca fost kant u talb.  Isir it-tberik tal-Pedestall restawrat u indurat mill-gdid bid-deheb wara 90 sena, mill-induratur Horace Farrugia u ibnu Kevin ta' l-Imdina Malta.

Tiehu sehem il-Banda tal-Qala Ite ad Joseph li wara tesegwixxi marc mill-Knisja ghall-Kazin tal-Banda. Mistiedna partikulari l-Qalin residenti barra mill-parrocca.

IL-HAMIS 26 TA’ LULJU:  L-EWWEL JUM TAN-NOVENA - JUM IT-TFAL U L ISTUDENTI

7.00pm:  Koncelebrazzjoni ta' l-Ewwel jum tan-Novena mmexxija minn Mons. Salv Borg, Arcipriet Emeritu tal-Bazilika ta' San Gorg Martri tal-Belt Victoria u Delegat ta' l-Isqof ghas-socjeta tad-duttrina nisranija f'Ghawdex, bis-sehem tat-tfal u l-istudenti u tas-soci tal-MUSEUM fejn iroddu hajr lil Alla fl-okkazjoni tal-Kanonizzazzjoni ta' San Gorg Preca.  Janima l-kant, il-Kor Parokkjali 'Magnificat'.

8.30pm Serata ta' loghob u divertiment ghat-tfal u ghall-istudenti kollha, fil-pjazzetta.  Issir ukoll harga ghal Malta organizzata miz-zghazagh tal-parocca.

IL-GIMGHA 27 TA' LULJU:  IT TIENI JUM TAN-NOVENA – JUM Il-VOKAZZJONIJIET

7.00pm:   Quddiesa mmexxija minn Mons Rosario Borg, Direttur spiritwali djocesan tal-legjun ta' Marija f'Ghawdex.  Janima l-kant, il-Grupp ta' adolexxenti u zghazagh.

8.30pm:    Festa ghaz-Zghazagh u barbeque kbir fil-bajja ta' Hondoq ir-Rummien.

IS-SIBT 28 TA' LULJU:   IT-TIELET JUM TAN-NOVENA - JUM IL-FAMILJA

7:00pm:   Quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Hili, assisten djocesan tal-azzjoni kattolika f'Ghawdex.  Isir talb partikolari ghall-koppji mizzewgin li qed jiccelebraw l-anniversarju taz-zwieg taghhom.  Isir it-tigdid tal-weghdiet taz-zwieg.  Janima l-kant, il-grupp ta' l-adolexxenti u z-zghazagh.

8.30pm:   Attivita tal-Grupp tal-'Fund Raising' fil-pjazzetta.  Issir treasure hunt ghal adolexxenti u z-zghazagh.

IL-HADD 29 TA’  LULJU:  IR-RABA' JUM TAN-NOVENA - JUM L-ADOLEXXENTI U Z-ZGHAZAGH

10.00am: Quddiesa tan-Novena mmexxija minn Dun Charles Cordina, segretarju pastorali ta' l-arcidjocesi ta' Malta, bis-sehem ta' l-adolexxenti u z-zghazagh.  Janima l-kant, il-grupp ta' l-adolexxenti u z-zghazagh.

8.30pm: Serata Muzikali mtella' mill-band Ghawdxija 'Island Brass' ghall-emigranti Qalin fostna, fil-pjazzetta.

IT-TNEJN 30 TA’ LULJU:  IL-HAMES JUM TAN-NOVENA - JUM L-EVANGELIZZAZZJONI

7.00pm:  Quddiesa mmexxija minn Dun Guzepp Camilleri, missjunarju fil-Gwatemala.  Janima l-kant, il-Grupp ta' l-adolexxenti u zghazagh.  Mistiedna r-religjuzi u l-lajci kkonsagrati Ghawdxin. 

8.30pm:  Serata Divertenti, ta' talent Lokali u Barrani, b'risq il-festa, fl-lskola Primarja tal-Qala.

IT-TLIETA 31 TA’ LULJU:  IS-SITT JUM TAN-NOVENA - JUM L-GHAQDIET SOCJALI

7.00pm: Quddiesa mmexxija minn Mons. Dr Joseph Bajada, president tat-tribunal regjonali tal-arcidjocesi ta' Malta.  Jiehdu sehem l-ghaqdiet socjali tal-parocca.  Janima l-kant il-Kor Parrokkjali 'San Guzepp'.  Isir it-tberik tan-nicca ta' San Guzepp.

8.30pm High Tea tal-Festa fil-pjazzetta organizzat mill-Kumitat tan-Nar.

Fil-jiem tat-Tridu fis-6.30pm, Talb tas-Salmi u Kurunella ta' San Guzepp. Wara l-Quddiesa, Antifona u Barka Sagramentali.

L-ERBGHA 1 TA' AWISSU:  L-EWWEL JUM TAT-TRIDU - JUM IR-RESIDENTI BARRANIN

6.30pm:  Kant ta' l-Ghasar.

7.00pm:  Koncelebrazzjoni bil-priedka tat-Tridu mill-ET Mons. Nikol G. Cauchi, isqof emeritu.  Wara, antifona u barka sagramentali.

9.00pm L-Edizzjoni tal-Festa tal-Gozo International Celebration bit-tema Celebrating Tradition.  Jiehdu sehem ill-Banda Ite ad Joseph, il-Menhir Folk Group tal-Qala u talent iehor lokali.

IL-HAMIS 2 TA' AWISSU - JUM L-EMIGRANTI

6.30pm Kant ta' l-Ghasar.

7.00pm Koncelebrazzjoni bil-priedka tat-Tridu mill-ET Mons. Nikol G. Cauchi, isqof emeritu, bis-sehem ta' l-emigranti Qalin li jkunu fostna ghall-festa.  Wara, antifona, u barka sagramentali.  L-emigranti huma mistiedna wara ghal laqgha socjali ghalihom fic-centru parrokkjali.

9.30pm Marc mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Santa Margerita ta' Sannat li jitlaq min Ta' Kassja, jghaddi ghal Triq l-lsqof B. Cagliares, Triq il-Kuncizzjoni, Pjazza u Triq 28 ta' April 1688. ll-marc jaghlaq bit-tlugh ta' l-istatwa ta' San Guzepp fuq il-pedestall fi Pjazza Isqof Mikiel Buttigieg.

IL-GIMGHA 3 TA' AWISSU:  IT TIELET JUM TAT-TRIDU - JUM L-EWKARISTIJA

6.30pm:  Kant ta' l-Ghasar.

7.00pm:  Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-ET Nikol G. Cauchi, isqof emeritu.  Jiehdu sehem il-ministri straordinarji ta' l-ewkaristija u dawk li jiehdu sehem fl-adorazzjoni ta' kuljum matul is-sena.  Wara, antifona, u barka sagramentali.

9.30pm:  Dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Guzepp, xoghol ta' l-istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri, akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Prekursur tax-Xewkija. Waqt it-tlugh ta' l-istatwa fuq il-pedestall fil-pjazza jindaqq f’massed band l-innu Popolari Lill-Glorjuz Patrijarka San Guzepp Patrun tal-Qala, muzika ta' Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Ghawdxi Gorg Pisani.

12.00am:  Loghob tan-nar ta' l-art fil-pjazza.

IS-SIBT 4 TA' AWISSU - JUM IL-BENEFATTURI

9.30am:  Quddiesa bil-kant tat-Te Deum f'gheluq in-Novena mmexxija mill-W.R. Mons. Guzeppi Buttigieg, bis-sehem tal-morda, tal-anzjani u tal-persuni bi bzonnijiet specjali.

               
6.30pm:  Marc mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li wara takkompanja t-Translazzjoni. 

7.00pm:  Translazzjoni Pontifikali tar-relikwija ta' San Guzepp immexxija mill-ET Mons. Francis Adeodato Micallef O.C.D. Isqof Emeritu tal-Kuwait, mill-kappella tas-sorijiet Frangiskani ghall-knisja arcipretali li fiha tiehu sehem il-fratellanza ta' San Guzepp tal-Qala flimkien mal-arcikonfraternita' ta' San Guzepp tar-Rabat ta' Malta.   Kant ta' l-Antifona u Koncelebrazzjoni Pontifikali fejn ikun amministrat is-sagrament tal-konfirmazzjoni.  Isir talb specjali ghall-benefatturi kollha tal-Parocca fl-okkazzjoni tal-125 sena mit-tberik u t-tqeghid ta' l-ewwel gebla tal-Knisja Arcipretali nhar id-19 ta' Marzu 1882 mill-E.T. Mons. Pietru Pace isqof ta' Ghawdex. Wara tinghata l-barka Sagramentali.

9.30pm:  Marc popolari mill-Banda La Stella tal-Belt Victoria u mill-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem. Il-Banda Victory tax-Xaghra ttella' programm muzikali fil-pjazza ewlenija.

12.00am Wirja spettakolari u unika tan-Nar ta' l-art fil-pjazza, l-unika wahda tat-tip taghha f-Ghawdex.  Sija shiha ta' loghob tan-nar mekanizat mahdum mid-dilettani Qalin.

IL-HADD 5 TA' AWISSU: JUM IL-GHID TAL-PARROCCA

Quddies fil-5.30am,  fis-6:30am,  fit-8.00am,  fid-9.00am,  fl-11.00am.

8.00a.m:  Koncelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Gnawdex, li fiha jinseg panigierku ta' tifhir lill-kbir patrijarka San Guzepp, patrun tal-knisja universali. 

11.00a.m:  Marc popolari u brijuz mill-Banda Pinto tal-Parrocca San Sebastjan, Hal Qormi, bis-sehem taz-zghazagh Qalin.

5.00pm:  Quddiesa mill-W.R. Dun Anton Sultana, Arcipriet Emeritu.

6.30pm:  Ghasar immexxi mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, tal-Kapitlu tal-Katidral.

7.00pm:  Marc mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala u l-Banda Mnarja tan-Nadur.

7.30pm: Purcissjoni mmexxija mill-W.R. Prepostu Arcipriet Kan. Anton Cassar tal-Parocca Sant' Elena Birkirkara, Malta, bl-istatwa devota ta' San Guzepp, flimkien mal-kleru tal-parocca u l-fratellanza ta' San Guzepp tal-Qala u l-fratellanzi tal-parrocca ta' l-Isla.  Il-Banda Ite Ad Josef tal-Qala tesegwixxi l-Innu A San Guzeppe ta' Mro Indri Borg bis-sehem tal-kor u wara takkompanja l-purcissjoni b'marci religjuzi.  Il-banda Mnarja tan-Nadur ittella' programm muzikali fil-pjazza.  In-nies li jixtiequ jakkompanjaw il-purcissjoni huma mehtiega jiehdu sehem f'talb komunitarju wara l-istatwa matul it-triq tal-Wardija. 

10.15pm: Dhul ta' l-istatwa ta' San Guzepp akkompanjat minn spettaklu kbir ta' loghob tan-Nar.  Fil-Knisja, Antifona u Barka Sagramentali.

10.30pm:  Marc ta' l-ahhar li jaghlaq il-festi esterni mill-Banda San Girgor ta' Kercem.